Minkejja żball tar-referee, il-plejer ta’ Mosta F.C. Ryan Grech ġie sospiż logħba mill-Kummissarju tad-Dixxiplina fi ħdan l-MFA.
Grech kien ingħata t-tieni safra minkejja li kien Kurt Magro li wettaq il-fawl fil-partita’ bejn Hibernians u Mosta.
Waqt Replay tal-Ħadd li għadda, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo qal li l-MFA tista’ temenda żball li jkun sar.
Mill-Premier ġew sospiżi logħba wkoll Gianmarco Piccioni u Bojan Kaljevic ta’ Balzan, Ryan Scicluna ta’ Birkirkara, Clyde Borg u Steve Pisani ta’ Floriana, Rodolfo Soares ta’ Hibernians, Mateus Ribeiro dos Santos ta’ Sliema Wanderers, Edet Ibok ta’ Naxxar Lions u Ryan Sammut ta’ Tarxien Rainbows.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

