37 fil-mija tal-membri tal-GRTU qalu li matul is-sena li għaddiet, marru aħjar mis-sena ta’ qabel, 32 fil-mija qalu li marru agħar u 31 fil-mija qalu li baqgħu fejn kienu.
Dan joħroġ mill-istharriġ annwali li tagħmel il-GRTU fost il-membri tagħha dwar l-andament tan-negozji tagħhom. Iżda filwaqt li l-membri kienu maqsumin fi tliet gruppi kważi ndaqs, is-sitwazzjoni tinbidel meta wieħed jieħu t-tweġibiet tas-sidien tal-ħwienet waħedhom.
Hawnhekk, ir-rizultat ta’ dan l-istharrig hu riflessjoni taċ-ċifri li kienu qed joħorġu matul is-sena, b’40 fil-mija ta’ dawk li wieġbu jgħidu li raw tnaqqis fil-bejgħ tagħhom; 35 fil-mija jgħidu li baqgħu l-istess u 25 fil-mija biss jgħidu li l-bejgħ żdied.
Fost l-iktar raġunijiet li semmew għaliex in-negozju tagħhom mar ħażin, 31 fil-mija semmew iktar kompetizzjoni lokali filwaqt 24 fil-mija qalu li l-bejgħ naqas minhħbba l-kummerċ online. Min-naħa l-oħra, 3 fil-mija biss attribwew iż-żieda fil-bejgħ għall-presenza online, li huwa indikattiv kif in-negozji lokali għadhom ma adottawx għal kollox l-e commerce.
Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ din is-sena, 47 fil-mija tal-membri tal-GRTU jaħsbu li se jibqgħu fejn huma u għaldaqstant mhux se jespandu l-operat tagħhom, 36 fil-mija jistennew li l-2015 se jkun aħjar filwaqt li 17 fil-mija jaħsbu li se jmorru agħar.
Iżda jekk isir tkabbir fil-kummerċ, skont l-istħarriġ, dan żgur mhux se jkun grazzi għall-miżuri tal-baġit għal din is-sena. 15 fil-mija biss ta’ dawk intervistati qalu li l-baġit se jħalli effett pozittiv. 29 fil-mija qalu li l-effetti huma negattivi filwaqt li 56 fil-mija jahsbu li l-bagit m’hu se jħalli ebda effett. Fost ir-raġunijiet li semmew ghall-effett negattiv tal-bagit hija zieda ta’ 58 centezmu għall-għoli tal-ħajja, żieda fis-sisa ta’ numru ta’ oġġetti, il-prezz tal-fuel flok raħas, għola, żieda fil-liċenżji tal-vetturi u żieda fuq it-taxxa tas-cement.
//= $special ?>