AĠĠORNATA (3)
12-il persuna tilfu ħajjithom wara li ajruplan tat-TransAsia Airways iġġarraf fi xmara fit-Tajwan. L-inċident seħħ qrib il-kapitali Taipei kmieni dalgħodu.
Bħalissa għaddejja ħidma ta’ tiftix u salvataġġ sabiex jinħarġu passiġġieri illi jidher li għadhom maqbuda qalb it-tifrik. Sa kmieni dalgħodu kienu salvati mat-30 ruħ.
Din il-linja tal-ajru hija waħda kunsidrata bħala low-cost fir-reġjun Ażjatiku. L-ajruplan huwa wieħed li jaħdem bl-iskrejjen.
Intant, il-filmat amatorjali ppubblikat fl-aħħar minuti juri ċar kif kraxxja dan l-ajruplan, fejn jidher jolqot taxi safra u anke pont qrib ix-xmara.
//= $special ?>

