Lokali Parlament

Trasferiment ta’ 19-il tomna art lill-Gvern Ċiniż

Il-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika qabel favur it-trasferiment ta’ 19-il tomna ta’ art pubblika f’Pembroke lill-Gvern Ċiniż għal bini ta’ Ambaxxata ġdida taċ-Ċina.

L-Oppożizzjoni qablet mal-proposta mressqa mill-Gvern dwar it-trasferiment tal-art li se tingħata fuq l-istess kundizzjonijiet li kienu applikati fit-trasferiment ta’ art għall-bini tal-Ambaxxata Amerikana f’Ta’ Qali.