Futbol Sport

Zvezdan Vukovic ikkonfermat ma’ Msida St. Joseph

Id-difensur Serb ta’ 25 sena Zvezdan Vukovic ġie kkonfermat bħala plejer ta’ Msida St. Joseph. Hu ngħaqad mal-iskwadra f’Novembru li għadda, madankollu kien hemm xnigħat li jista’ jiċċaqlaq wara interess minn numru ta’ klabbs.

Dan il-plejer ilu Malta sa mill-2012, meta ġie f’pajjiżna mis-Serbja fejn kien jilgħab FK Srem. Hu lagħab għal Żejtun Corinthians, Żurrieq F.C. kif ukoll Msida St. Joseph Futsal Club.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).