Stħarrig annwali li tagħmel il-GRTU fost il-membri tagħha dwar l-andament tan-negozji juri li kien hemm 40% minn fost dawk li wieġbu li qalu li esperjenzaw tnaqqis fil-bejgħ tagħhom matul l-2014 meta mqabbel mal-bejgħ fl-2013.
Anke minn statistika tal-Eurostat jirrizulta li Malta kienet fost il-pajjizi li marru ħażin mit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, hekk kif l-istatistika uriet li f’Dicembru 2014 il-bejgh mill-ħwienet naqas b’1.4% meta mqabbel ma’ Diċembru 2013.
Fl-aħħar jiem l-Oppożizzjoni saħqet ukoll dwar il-htiega ta’ dibattitu serju fuq il-qaghda ekonomika filwaqt li ħeġġet lill-Gvern biex jippreżenta pjani konkreti ta’ kif se jgħin lil dawk is-setturi tal-ekonomija li qed jaraw il-kompetittività tagħhom titnaqqar.
//= $special ?>