Il-Ġordan qal li l-ajruplani tal-gwerra tiegħu wettqu l-ewwel attakki fuq il-miri tal-grupp ISIS (Stat Iżlamiku) mindu t-terroristi ħarġu filmat li juri l-qtil ta’ pilota mill-Ġordan li spiċċa maħruq ħaj f’gaġġa.
Ingħad li wara l-attakki fuq l-ISIS, l-ajruplani għaddew minn fuq il-villaġġ, fil-Ġordan, fejn kien jgħix il-pilota maqtul, Moaz al-Kasasbeh. L-istess al-Kasasbeh inqabad mit-terroristi f’Diċembru meta l-ajruplan tiegħu iġġarraf waqt li kien qed jieħu sehem fir-rejds tal-koalizzjoni armata fuq l-artijiet ikkontrollati mill-ISIS.
Fil-ħin meta l-ajruplani għaddew minn fuq il-villaġġ (wara l-aħħar rejd), ir-Re Abdullah II tal-Ġordan kien qed jiltaqa’ mal-qraba tal-pilota maqtul fl-inħawi partikolari.
Ir-Re tal-Ġordan ħalef li jagħti spinta lill-attakki kontra l-ISIS, meta pajjiżu jifforma parti mill-koalizzjoni, taħt it-tmexxija tal-Istati Uniti, li qed tistinka biex telimina t-theddida tat-terroristi fl-Iraq u s-Sirja.
//= $special ?>