Internazzjonali

FILMAT: L-ISIS juri l-filmat tal-qtil fil-pjazzez

Ikompli jikber l-għadab internazzjonali lejn il-militanti Iżlamiċi tal-ISIS. Dan hekk kif tpoġġa filmat ieħor mill-ISIS fuq l-Internet b’rabta mal-qtil barbaru ta’ Moaz al-Kassasbeh, il-bdot mill-Ġordan, li nħaraq ħaj mill-grupp terroristiku.

Filmat li juri l-wiri tal-qtil fi pjazza f’Raqqa fis-Sirja fost għajjat ta’ ferħ għal dak li qed jintwera minn dawk preżenti. Filmat li għaliħ attendew anki tfal u wieħed minnhom jiġi intervistat u jistqarr kemm ħa ġost b’dak li ra.

Raqqa hi l-belt Sirjana li l_ISIS dikjaraw bħala kapitali tagħhom u fejn iġġarraf Kassasbeh fl-24 ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet. Issa l-indikazzjonijiet fil-Ġordan huma li hu kien inqatel ftit ġranet wara.

Il-filmat nħareġ fuq siti li jintuża mill-ISIS biex jitpoġġew filmati u messaġġi varji.