It-taqsima ta’ kontra t-terroriżmu f’Palermo qed tinvestiga grupp ta’ żgħażagħ li jissimpatizzaw mal-ISIS u li pubblikaw ritratti tagħhom fuq siti socjali fuq l-Internet.
Dan wara li poġġew ritratti kemm ta’ ġellieda tal-ISIS, imma anki ritratti li jidhru meħuda x’imkien fil-Mediterran. L-investigazzjoni li qed titmexxa qed issir biex ikun aċċertat jekk dawn ittieħdux f’Sqallija jew le. Dan apparti li qanqlu suspetti kummenti li poggew fuq l-Internet li juru rabta ċara mal-ISIS fl-Iraq u s-Sirja.
Fl-istess hin, il-forzi tas-sigurta f’Sqallija qed isahhu s-sigurta madwar postijiet ta’ importanza, fosthom il-bjar taz-zejt li hemm madwar il-kosta.
F’Sqallija kazi simili mhumiex xi ħaġa ġdida. F’April tal-2013 il-forzi tas-sigurta Taljani kienu wettqu dik maghrufa bhala Operazione Masrah, fejn inkixef kamp tat-taħriġ qrib l-Etna.
Il-Pulizija Taljana qed tinvestiga wkoll każ ta’ hacking ta’ sit ta’ assoċjazzjoni ewlenija Taljana. Dan wara li fis-sit tpoġġa messaġġ ta’ theddid kontra l-Gvern Taljan.
Is-servizzi tas-sigurta’ Taljani ħarġu lista ta’ 17-il persuna Taljana li għandhom rabta mal-ISIS u jistgħu jkunu ta’ theddida għas-sigurta.
//= $special ?>