Internazzjonali

IL-BDOT MAĦRUQ ĦAJ MILL-ISIS: għandu jintwera l-filmat?

Fl-Istati Uniti qamet kontroversja sħiħa dwar jekk networks tal-aħbarijiet għandhomx juru l-video tal-bdot mill-Ġordan li ġie maħruq ħaj mill-ISIS.

Fox News xandar il-filmat makabru ta’ 22 minuta fuq is-sit elettroniku. Filwaqt li fuq it-televiżjoni xandru ritratt tal-mument li fih il-Logotenent Moath al-Kasasbeh kien qed jinħaraq.

F’pajjiżna, kienet biss il-gazzetta MaltaToday li lbieraħ ippublikat dan ir-ritratt.

Il-preżentatur ta’ Fox News Bret Baier qal li huma ħadu deċiżjoni li jxandru dan il-filmat fuq is-sit elettroniku sabiex juru l-brutalita’ tal-ISIS, u r-realta’ tat-terroriżmu.

Iżda din id-deċiżjoni ġabet magħha kritika qawwija, u diskussjoni sħiġa dwar l-etika tal-ġurnaliżmu.