Internazzjonali

IL-ĠORDAN: Qed jikkunsidra li juża t-truppi kontra l-ISIS

Ir-Re Abdullah tal-Ġordan qed jagħmilha ċara ma’ kulħadd li l-ISIS se jħallas prezz għoli għall-qtil brutali tal-bdot militari mill-Ġordan Muaz Kassabeh li din il-ġimgħa fuq l-internet tpoġġa l-filmat tiegħu jinħaraq ħaj.
Matul il-lejl bejn l-Erbgħa u l-Ħamis kien hemm rapporti li ajruplani militari tal-Ġordan attakkaw Mosul fl-Iraq u li diversi uffiċjali u ġellieda tal-ISIS inqatlu. Hemm ukoll allegazzjonijiet li r-Re stess, li hu bdot militari, se jkun qed jipparteċipa f’xi attakki. Dan minbarra li l-Ġordan mhux qed jeskludi li juża t-truppi wkoll fil-ġlieda kontra l-ISIS.