Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum, il-Ħamis 5 ta’ Frar.
Il-kontroversja dwar il-monti fid-daħla tal-Belt tibqa tiddomina l-gazzetti dalgħodu bil-ġurnal IN-NAZZJON jikkwota lil Jason Micallef jappella għas-sens komun sabiex ma jsirx sfreġju fil-kapitali. Anke THE TIMES OF MALTA tkompli ssegwi din il-kwistjoni u fir-rapport tagħha tgħid illi l-oppożizzjoni qawwija li kien hemm għaċ-ċaqlieq tal-monti waqgħet fuq widnejn torox.
Dawn iż-żewġ ġurnali jgħatu wkoll prominenza lit-traġedja tat-TransAsia Airways li seħħet ilbieraħ filgħodu fit-Tajwan.
L-ORIZZONT jgħid li n-negozji qed ikollhom riżultati tajbin, għalkemm il-gazzetta BUSINESS WEEKLY qed tirrapporta li Malta kellha it-tielet l-akbar tnaqqis fil-bejgħ matul Diċembru, minn fost il-pajjiżi tal-UE. Anke stħarriġ tal-GRTU jikkonferma li s-sena l-oħra aktar minn nofs tal-ħwienet baqgħu fejn kienu jew marru agħar mis-sena l-oħra.
THE MALTA INDEPENDENT bi storja dwar l-armata, u kif l-AFM żidiet in-nies tagħha b’shifts aktar frekwenti wara biża’ ta’ theddid mill-ISIS – il-Ministru Carmelo Abela jiċħad li hemm każ ta’ tħassib.
//= $special ?>