Ewropa Internazzjonali

Impenn internazzjonali għall-paċi fl-Ukrajna

Il-President Franċiż Francois Hollande u l-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, il-Ħamis, fl-Ukrajna, ippreżentaw inizjattiva ġdida għall-paċi. Dawn iż-żewġ Mexxejja,imbagħad il-Ġimgħa, se jiltaqgħu f’Moska mal-President tar-Russja, Vladimir Putin.
Sadanittant, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry, ukoll mar Kiev biex jiddiskuti l-kriżi mal-President Ukren, Petro Poroshenko u l-Prim Ministru, Arseniy Yatsenyuk. Dan meta l-Istati Uniti qed tikkunsidra tibgħatx l-armi lill-Gvern Ukren biex jgħinu fil-ġlieda kontra r-ribelli separatisti fl-Ukrajna li jridu l-għaqda mar-Russja.
L-inizjattivi diplomatiċi għat-tmiem tal-konflitt fl-Ukrajna qed isiru fost spinta fil-battalji bejn il-qawwiet Ukreni u s-separatisti.