Lokali

Iż-żgħażagħ jgħidu tagħhom waqt Newsdesk

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar l-isfidi li jiltaqgħu magħhom iz-żgħażagħ. Għal dan il-programm ġew mistiedna r-rappreżentanti tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) u tal-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL).

X’inhu l-irwol taż-żgħażagħ fis-socjetà tagħna? Kuntenti ż-żgħażagħ ta’ 16-il sena li mhux se jivvutaw fir-Referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa? Xi jgħidu dwar iż-żieda fil-ħlas tal-eżamijiet tal-Matrikola?

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5pm fuq Radio 101

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.