Malick għandu 10 snin. Hu jinsab f’siġġu tar-roti minħabba diffikulta’ biex jimxi.
Malick jgħix ma’ ommu, u dan l-aħħar bdiet tinħass aktar minn qatt qabel il-ħtieġa ta’ vann aċċessibbli li jiffaċilita’ l-ħajja ta’ Malick u ta’ ommu.
Il-preżentatriċi ta’ Mitqlu Deheb, Elaine, tirrakkonta l-ewwel darba li tkellmet ma’ Malick dwar l-idea li ssir maratona biex jinxtara vann għalih.
Minkejja l-kundizzjoni tiegħu, Malick hu tifel intelliġenti, u m’għandu l-ebda problema biex jikkomunika.
L-ewwel kundizzjoni, li jekk jinġabru aktar flus minn kemm jiswa’ l-vann, ‘il bqija tal-fondi jmorru għad-Dar tal-Providenza.
Malick, li jgħix m’ommu, bil-lejl jorqod id-Dar tal-Providenza biex ommu tkun tista’ tmur taħdem sabiex tgħajjex lilu. Biex issir maratona biex jinxtara l-vann tiegħu, Malick kellu kundizzjoni oħra.
Il-ħajja ta’ Malick, u ta’ residenti oħra tad-Dar tal-Providenza, tista’ tmur għall-aħjar – jekk tagħti d-donazzjoni tiegħek waqt programm speċjali ta’ Mitqlu Deheb.
//= $special ?>