Lokali

Kju ta’ nies jistennew lil tal-linja

Ritratti li kiseb is-sit Maltarightnow.com juri kju ta’ nies jistennew fil-bankina, paċenzjużi jħarsu lejn it-triq forsi tixref il-vettura li qed jistennew.

U dan kollu wara r-riforma fit-trasport pubbliku mwegħda mill-Gvern Laburista, sentejn wara l-aħħar elezzjoni ġenerali, skont ir-roadmap tal-Partit Laburista. Riforma li wasslet biex it-trasport pubbliku f’Malta issa għandu miżati għola, m’għadux aċċessibli għall-persuni li jużaw l-electric wheelchair…u milli jidher, is-servizz ma jżommx mal-ħin.