Dalgħodu fil-Kwartieri tal-UEFA f’Nyon, l-Isvizzera, ittellgħu l-poloz tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena li se jsiru l-Polonja fl-2017.
Malta ttellgħet fi Grupp 1 mar-Repubblika Ċeka, il-Belġju, il-Montenegro, il-Moldova u l-Latvja.
FL-ewwel kummenti tieg]u l-kow` tat-tim nazzjonali Malti ta’ ta]t il-21 sena Silvio Vella qal hekk: “Grupp interessanti ħafna u iebes ġebel. Dik żgur. Għandna żewġ pajjiżi meqjusin ‘kbar’ għall-futbol ta’ Taħt il-21 sena. Ir-Repubblika Ċeka u l-Belġju huma fost l-aqwa. Il-pajjiżi l-oħra huma eks-Jugoslavja jew l-Unjoni Sovjetika. Se nibdew naħdmu bis-sħiħ biex nagħmlu unur lil Malta.”
Ritratt: Preżenti fl-Isvizzera għal dawn il-poloz f’isem Malta u l-MFA minbarra l-kowċ nazzjonali hemm Jesmond Abela, Team Manager tal-iskwadra.
//= $special ?>

