Għawdex Lokali Qorti

Sentenza sospiża għal serq ta’ telefons ċellulari minn knisja

Il-Pulizija f’Għawdex ressqet barrani ta’ 19-il sena l-Qorti akkużat b’serq ta’ telefons ċellulari.

Il-każijiet imorru lura għas-27 ta’ Diċembru li għadda meta l-Pulizija rċeviet żewġ rapporti separati, minn żewġ nisa, li nsterqulhom it-telefon ċellulari tagħhom mill-basktijiet tagħhom. Mara minnhom kienet qed tattendi kunċert fi knisja waqt li l-mara l-oħra kienet qed iddoqq fl-istess attività.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija ħareġ li kienet l-istess persuna li serqet iż-żewġ telefons ċellulari, u li wieħed miż-żewġ telefons instab.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs, sospiżi għal sena, waqt li ġie ordnat iħallas €600 għat-telefon ċellulari li ma nstabx.