Mijiet dalgħodu attendew għall-funeral ta’ l-eks Ministru Nazjzonalista Michael Refalo, li miet nhar it-Tlieta filgħodu fl-eta ta’ 78 sena.
Il-Funeral sar fil-Knisja ta’ Stella Maris f’tas-Sliema u għalih attendew l-ogħla ufficjali tal-pajjiż.
L-ex Ministru Michael Refalo għamel snin twal attiv fil-PN u kien protagonist fil-kampanja għall-indipendenza fis-sittinijiet u kien elett mal-PN fl-elezzjoni ġenerali tal-1971 u baqa’ jiġi elett sal-elezzjoni ġenerali tal-1998. Michael Refalo kien wieħed mill-politiċi fuq quddiem fil-ħidma politika tal-PN għat-tisħiħ tal-liberta u d-demokrazija fit-tmenijiet.
//= $special ?>