Delegazzjoni parlamentari mmexxija mill-Ispeaker Anġlu Farrugia, attendiet konferena tal-Commonwealth dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja moderna tal-lum.
Il-konferenza kienet organizzata mill-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth fir-Renju Unit, f’Westminister, f’Londra.
L-Ispeaker Malti kien mistieden jindirizza l-Konferenza u tkellem dwar il-futur tal-pajjiżi tal-Commonwealth u l-potenzjal tagħhom bħala forza li taħdem għall-ġid.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia kien akkumpanjat f’din il-konferenza tal-Commonwealth, mid-Deputati Anthony Agius Decelis u Toni Bezzina.
//= $special ?>