Iż-żona minn fejn jibdew l-eżamijiet għal-liċenzja tal-karozza fil-Floriana qed issir post użat minn persuni dipendenti fuq id-droga.
Matul il-lejl, fid-dlam ta’ dan il-post imwarrab qed jinġabru persuni biex jieħdu d-droga, bil-konsegwenza li filgħodu, meta żgħżagħ imorru fil-post biex jibdew l-eżami tagħhom, qed isibu ma’ wiċċhom fdalijiet tal-abbuż tad-droga bħal siringi u oġġetti oħra.
Persuni li tkellmu magħna fissru t-tħassib tagħhom għal dan l-ambjent xejn sigur, ftit biss bogħod mill-uffiċċji ta’ Transport Malta.
//= $special ?>