Lokali

Ħsarat fil-vetturi minħabba trinek miftuħa

Diversi persuni soffrew ħsarat fil-vetturi tagħhom, wara li matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u il-Ġimgħa kuntrattur privat ħalla periklu fil-Fgura.

Fi stqarrija s-Sindku tal-Fgura Byron Camilleri saħaq li mingħajr permess tal-Kunsill Lokali, il-Ħamis filgħodu, inqagħlu xi toroq, biex isir xi xogħol fihom.

Il-kuntrattur privat ħalla wkol xi trinek miftuħin, b’periklu għall-vetturi.

Is-Sindku tal-Fgura saħaq li daħlulhom diversi rapporti ta’ persuni li soffrew ħsarat fil-vetturi tagħhom konsegwenza ta’ dan l-aġir irresponsabli.

Transport Malta ġiet mitluba biex tieħu l-azzjonijiet meħtieġa.