Internazzjonali

FILMAT: Il-Ġordan iwieġeb…joħroġ filmat tal-attakki kontra l-ISIS

Ta kliemu, ir-Re Abdullah tal-Ġordan fil-pront ta bidu għal mewġa ta’ attakki tal-ajru kontra qagħdiet tal-ISIS. Dan bi tpatija għall-qtil brutali tal-bdot militari tal-Ġordan Moaz al-Kasasbeh u l-istess bħal ma jħobb jagħmel l-ISIS, ħareġ filmat fuq ix-xandir nazzjonali tal-pajjiż ta’ l-attakki li saru s’issa kontra l-ISIS.
Filmat li juru l-bdoti tal-Qawwa tal-Ajru tal-Ġordan jiktbu bombi fuq l-ajruplani li se jmorru jattakkaw. Messaġġi li fosthom inkitbu anki minn bdot mara.
Il-Ġordan ċaħad li r-Re Abduallah stess, li hu bdot militari, kien se jipparteċipa f’dawn l-attakki.
Sadattant ir-Re wissa li dawn l-attakki matul il-lejl bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa kienu biss il-bidu tat-tpatija tal-Ġordan.
Nasser Judeh, il-Ministru tal-Affarijeit Barranin tal-Ġordan, li l-Ġordan kien se jmur wara l-ISIS b’dak kollu li jista’ u jkunu fejn ikunu u jpattijilhom. Hu insista li dawn l-attakki mill-ajru kienu biss il-bidu.
Fl-aħħar tal-filmat, bdot tal-Ġordan juri l-kitba….” u taħsbux li Alla ma jafx bil-ħażen li qed twettqu”