Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ġimgħa, 6 ta’ Frar.

Id-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali tiddomina l-faċċati tal-ġurnali kollha dalgħodu. IN-NAZZJON jikkwota lil Simon Busuttil jgħid illi v’din id-deċiżjoni “saret ġustizzja mal-poplu”. Id-dettalji kollha ta’ din is-sentenza storika, f’paġna 3 ta’ IN-NAZZJON.

THE TIMES OF MALTA jirrapporta kif din id-deċiżjoni se tissarraf f’żewġ siġġijiet Parlamentari għall-Oppożizzjoni, filwaqt li L-ORIZZONT jgħid illi l-Gvern se jkun qed jappella din id-deċiżjoni.

THE MALTA INDEPENDENT isemmi lill-eks deputati Edwin Vassallo u Peter Micallef bħala l-persuni li possibilment jieħdu posthom lura fil-Kamra tad-Deputati.