Il-Marokk ġie sospiż miż-żewġ edizzjonijiet li jmiss tat-Tazza tan-nazzjonijiet Afrikani talli naqas milli jorganizza t-turnament din is-sena.
Il-Konfederazzjoni tal-Futbol Afrikan (CAF) immultat ukoll lill-Marokk $1 miljun u ordnatlu jħallas €8 miljuni f’danni.
Dan talli l-Marokk kien naqas milli jieħu deċiżjoni finali s-sena l-oħra dwar jekk kienx se jorganizza t-turnament finali jew le.
Il-Marokk kien esprima t-tħassib tiegħu dwar il-firxa tal-virus tal-Ebola fl-Afrika.
Il-Guinea Ekwatorjali kienu ntagħżlu flok il-Marokk biex jorganizzaw it-turnament waqt li l-Marokk, li kien ikkwalifka mal-aħħar 16-il tim bħala organizzatur, tkeċċa.
Il-Marokk kien talab lill-CAF biex it-turnament jiġi pospost għall-2016 imma din it-talba kienet miċħuda.
Sadanittant it-Tuneżija wkoll jistgħu jitkeċċew mit-Tazza Afrikana tal-2017 waqt li l-President tal-Federazzjoni tal-pajjiż, Wadie Jary, ġie sospiż sakemm jikteb ittra ta’ skuża għall-kummenti li għadda dwar favoriżmu.
L-FA Tuneżina akkuża lill-CAF wara l-eliminazzjoni 2-1 mill-kwarti tal-finali kontra l-Guinea Ekwatorjali wara li r-referee Seechum Rajindraparsad ta penalty ineżistenti lill-organizzaturi.
Fi tmiem il-logħba plejers Tuneżini, inkluż Jary ikkonfrontaw lir-referee Rajindraparsad fil-pitch u kien hemm ukoll inċidenti fl-istands.
Sussegwentement il-CAF issospendiet lil Rajindraparsad għal sitt xhur u neħħietu mil-lista tar-referee elite waqt li talbet skuża mill-Federazzjoni Tuneżina.
//= $special ?>

