Lokali

Miġbura €50,897 mill-programm Mitqlu Deheb

Festa ta’ solidarjeta’ fuq Net TV – turija kemm il-Maltin għandhom qalb tad-deheb.

Il-programm Mitqlu Deheb, preżentat minn Elaine Agius, ilbieraħ ġabar is-somma sabiħa ta’ €50,897.02 li permezz tagħha se jkun qed jinxtara vann għaċ-ċkejken Maleck – tfajjel bi bżonnijiet speċjali li għandu bżonn urġenti ta’ dan il-vann.

Waqt il-programm speċjali fuq Net TV, mhux talli li inġabru l-flus li kien hemm bżonn għall-vann, iżda inġabret ukoll somma sabiħa li se tmur għad-Dar tal-Providenza.