Inċident tat-traffiku bejn żewġ anzjani dalgħodu seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar gravi, hekk kif fl-inċident mutur intlaqat minn vann fil-Kalkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.50am fi Triq il-Missjoni Taljana, qrib ir-Rinella. Mhux magħruf x’wassal għal inċident bejn vann tat-tip Isuzu misjuq minn anzjan ta’ 72 sena minn Ħal Balzan u l-mutur misjuq minn anzjan ta’ 78 sena mill-Kalkara stess.
Fil-post wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li wara ta l-ewwel għajnuna lill-vittma ħadu l-Isptar għal aktar kura. Hemm hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi kawża ta’ xi ksur li ġarrab.
//= $special ?>