Il-mara tal-bdot mill-Ġordan li nħaraq ħaj mill-ISIS tkellmet għall-ewwel darba dwar il-jiem ta’ qsim il-qalb li għaddejja minnhom bħalissa, waqt li laqgħet għandha lir-Reġina Rania li marret personalment toffri l-kondoljanzi tagħha (ritratt).
L-armla ta’ Moaz al-Kasasbeh, li kien inqabad ostaġġ mill-ISIS fl-24 ta’ Diċembru, tispjega li hi saret taf li żewġha inqatel wara li rat messaġġ fuq Facebook. Sal-lum hi għadha ma ratx il-video li juri lir-raġel tagħha jinħaraq ħaj f’gaġġa.
Anwar, il-mara tal-bdot, tgħid illi żewġha dakinhar ħass li kien se jiġri xi ħaġa. “Filgħodu qalli li xtaq ikun hemm iċ-ċpar biex ma jtirx lejn is-Sirja. Qatt qabel ma qalli xi ħaġa hekk”, issostni Anwar. Dakinhar stess l-ajruplan F-16 intlaqat, u Moaz al-Kasasbeh spiċċa ostaġġ tal-ISIS.
Illum Moaz huwa meqjus eroj f’pajjiżu.
Moaz u Anwar iżżewġu f’Lulju li għadda.
//= $special ?>