Lokali

Sparatura fl-Iklin – il-Pulizija jfittxu l-aggressur

Sparatura kisret is-silenzju ta’ żona residenzjali, ilbieraħ fil-lokalita’ Tal-Iklin. Il-każ seħħ għal ħabta tal-10pm fi Triq Anton Manuel Caruana fl-Iklin, bl-isparatura toħloq allarm fost ir-residenti u kull min kien għaddej mit-triq.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon, jidher li l-isparatura seħħet f’garaxx taħt dar li tintuża bħala uffiċċju.

L-uffiċċju huwa tal-avukat Jonathan Abela.

Iżda filwaqt li wieħed għall-ewwel jissuspetta li dan kien attakk fuq l-istess avukat, sorsi li tkellmu ma’ dan l-istazzjon qalulna li fil-mira tal-aggressur, li jidher li kien hemm klijent tal-avaukat Abela, u mhux Abela nnifsu.

Il-klijent, fil-ħin tal-isparatura, kien fl-istess uffiċċju jistenna biex jinqeda. Jidher li l-aggressur hu residenti f’Tas-Sliema.

Fil-post waslu diversi membri mill-korp tal-Pulizija fosthom mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit u tas-CID.

Intant, kelliema mill-Korp tal-Pulizija ikkonfermaw li qed ikunu interrogati numru ta’ persuni b’rabta mal-każ.

sparatura iklin 2