Żewġ nisa Fillandiżi ħelsuha ħafif filwaqt li tnejn oħra ħarbu mill-post wara li nqelbu bil-karozza fin-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.15am fi Triq is-Salini.
It-tnejn li ħarbu mill-post ħallew lil sħabhom hemm sakemm waslet Ambulanza li ħadet lin-nisa l-Isptar. Waħda minnhom ġiet iċċertifikata li qed issofri minn feriti ħfief, filwaqt li l-oħra ma sofriet l-ebda feriti.
Mal-ħarba taż-żewġ nisa l-oħra, il-Pulizija bdiet ħidma intensiva bit-tama li ssib lin-nisa u testabilixxi x’ġara. Waħda min-nisa, ix-xufiera, instabet aktar tard mill-Pulizija u qed tinżamm għal aktar investigazzjoni.
//= $special ?>