Il-Forum Professjonisti tal-Partit Nazzjonalista wara li sema’ diversi professjonisti li huma obbligati jimlew ir-Rapport Annwali magħruf bħala Annual Compliance Report (ACR), lill-Agenzija msejħa Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), jiddikjara illi huwa kompletament kontra l-impożizzjoni ta’ ‘processing fee’, illi ġiet imposta permezz ta’ Avviż maħruġ nhar is-7 ta’ Jannar 2015. Din il-miżata ġdida imposta hija ta’ €50, għal kull rapport sottomess elettronikament, tramite is-sit ta’ l-istess Agenzija, u €65, għal kull rapport sottomess b’mod manwali billi timtela il-formola preskritta.
Fi stqarrija l-Forum ssaħaq li jidhirlu, li din hija biss ‘taxxa’ oħra ġdida, imlibbsa bħala ‘processing fee’. Jidhirlu ukoll, illi, mhux ġust li l-professjonisti li huma obbligati bil-liġi, li jissottomettu tali rapport lill-istess Aġenzija, taħt penali, issa jiġu ukoll, mitluba ħlas, sabiex wara kollox permezz ta’ dan ir-rapport annwali qegħdin ikunu ta’ servizz għall-istess Aġenzija billi jassistu u jgħinu lill-istess Agenzija tiġbor tipproċessa, tanalizza u xxerred l-informazzjoni bil-għan li jiġi miġġieled il-money laundering, u l-iffinanzjar ta’ terroriżmu.
Il-Forum ikkonkludies li dan ma jagħmel l-ebda sens loġiku, għaliex issa l-professjonist talli qed jintalab, jagħti servizz lill-Istat, permezz ta’ l-imsemmi rapport annwali, issa għal tali servizz mogħti mill-professjonist, l-istess professjonist qed jintalab ukoll iħallas.
//= $special ?>