Lokali

Il-Mument għada b’bosta stejjer

Il-gazzetta il-mument għada se tiżvela dak kollu li seħħ biex qabel l-elezzjoni ġenerali, Joseph Muscat dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni ntrabat mas-sidien tal-monti biex meta jkun fil-Gvern jitrasferixxi l-monti tal-Belt fi Triq l-Ordinanza, bejn is-sit tat-teatru miftuh u l-binja l-gdida tal-Parlament. B’rapport tal-ġurnalist Joe Mikallef, il-mument se toħroġ dettalji dwar dan il-ftehim li l-Partit Laburista ntabat bih ftit jiem qabel l-elezzjoni, u sentejn wara l-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab maqbud f’morsa biex jonora din il-wiegħda minkejja li għandu oppożizzjoni qawwija nazzjonali, inkluż minn nies li immilitaw fil-Partit Laburista.

Il-gazzetta il-Mument għada se tizvela wkoll riżenja li seħħet fl-aħħar jiem f’waħda mill-istituzzjonijiet ewlenin tal-pajjiż li f’dawn l-aħħar sentejn kienet fiċ-ċentru ta’ kontroversji għal mod kif tmexxiet u għal mod kif ittieħdu ċerti deċiżjonijiet.

F’intervista esklussiva li għamel il-ġurnalist Joe Mikallef max-Charge D’Affairs tal-Ambaxxata Libjana f’Ħal Balzan se jkun żvelat kif jaħsibha l-Gvern ta’ Tripli dwar l-elementi terroristiċi li hemm fil-Libja inkuż dawk affiljati mal-Istat Iżlamiku. Fl-intervista jingħataw dettalji dwar l-attakk terroristiku fuq il-Lukanda Corinthia li seħħ ġimgħatejn ilu kif ukoll dwar it-taħdidiet tal-aħħar jiem bejn il-Gvern ta’ Tripli u n-Nazzjonijiet Uniti.

Hu ħsieb ixtri kopja tal-gazzetta il-mument tal-Ħadd, 8 ta’ Frar.