Paul Ellul għadu kemm ippubblika ktieb bil-lirika tal-kanzunetti bil-Malti li huwa kiteb bejn l-1991 u l-2013 flimkien ma’ poeżiji oħrajn.
Il-ktieb jismu ”Fejn Staħbejtli” għall-aktar kanzunetta li baqgħet magħrufa fix-xena mużikali Maltija, b’mużika ta’ Mark Spiteri Lucas u interpretata minn Ira Losco.
Din il-kanzunetta kienet ir-rebbieħa tal-Festival Kanzunetta Indipendenza tal-2001.
It-tnedija ta’ dan il-ktieb saret fis-17 ta’ Jannar 2015 fit-Teatru Sir Temi Zammit fl-Universita’ ta’ Malta.
Minn dakinhar il-ktieb jinsab ghall-bejgħ f’diversi ħwienet ewlenin. Il-ktieb “Fejn staħbejtli” għandu ‘l fuq minn 400 paġna u fih ukoll tpinġijiet oriġinali u ritratti. Il-qliegħ mill-bejgħ tal-ktieb se jmur ghall-Millennium Chapel, Paceville.
Mal-ktieb hemm żewġ CDs b’numru ta’ kanzunetti nterpretati mnn kantanti stabiliti Maltin.
Paul Ellul huwa għalliem tal-Malti u l-Filosofija fil-Kulleġġ Santu Wistin li l-Agostinjani għandhom f’Tal-Pieta u ilu jgħallem hemm sa mill-1982.
//= $special ?>