It-terroristi tal-grupp Stat Iżlamiku (ISIS) fl-Iraq qatlu sitt persuni, fosthom żewġ reliġjużi Musulmani, li kkundannaw l-esekuzzjoni ta’ Moaz al-Kasasbeh; il-pilota tal-Ġordan li inħaraq ħaj f’gaġġa minn membri tal-istess grupp ta’ terroristi.
Il-filmati tal-esekuzzjoni tal-pilota, li saret fis-Sirja, ilhom fuq fomm kulħadd mindu bdew jiċċirkolaw fuq l-Internet jiem ilu, bid-dinja kollha tingħaqad f’kor ta’ kundanna.
Madankollu l-kundanna tal-atti barbari mhix aċċettata fl-artijiet tal-Iraq u s-Sirja li qed jikkontrollaw l-ISIS. Fil-fatt, żewġ Imams u erba’ ċivili li urew disapprovazzjoni dwar id-destin tal-pilota ngħataw il-mewt ‘kiesaħ u biered’.
L-esekuzzjonijiet inkwistjoni saru f’Mosul, l-akbar belt tal-Iraq li waqgħet f’idejn it-terroristi, biż-żewġ Imams jispiċċaw iffuċillati u bl-erba’ ċivili tinqatalhom rashom wara li ażżardaw jitkellmu kontra l-brutalita tal-ISIS.
//= $special ?>