Hekk kif hemm allegazzjonijiet tal-ISIS li Kayla Mueller, mara Amerikana nqatlet waqt attakk mill-ajru tal-Ġordan, hu stmat li f’idejn l-ISIS jew gruppi b’rabtiet magħhom hemm madwar 15-il persuna miżmuma ostaġġ. Dawn huma dawk li aktarx jinsabu f’idejhom:
Patri Paolo dall Oglio , Taljan ta’ 59 sena li għeb fis-Sirja f’Lulju tal-2013.
John Cantlie, ġurnalista Ingliż li deher f’diversi filmati tal-ISIS ifaħħar il-grupp u li kien inħataf flimkien mal-ġurnalista Amerikan James Foley f’Novembru tal-2012 (Foley kien inqatel f’Awwissu tal-2014)
Kayla Mueller, mara Amerikana(ritratt) li nħatfet f’Awwissu tal-2013 waqt li kienet qed tagħmel ħidma umanitarja fis-Sirja.
Samir Kassab, cameraman Lebaniż li jaħdem għal Sky News Arabia, li nħataf f’Aleppo fis-Sirja f’Ottubru tal-2014, u Ishak Mokhtar, reporter tal-istess stazzjon mill-Mawritanja.
Hemm ukoll tliet ħaddiema tas-Salib l-Aħmar li nħatfu f’Ottubru tal-2013 f’Idlib fis-Sirja.
Seba’ sudlati Lebaniżi li kienu nħatfu waqt attakk kontra l-belt Lebaniża ta’ Arsal, f’Awwissu li għadda.
L-ostaġġi aktarx f’idejn l-ISIS
