Stħarriġ ippubblikat waqt il-programm Xarabank fuq TVM wera kif il-maġġoranza tal-Maltin li se jivvutaw fir-referendum dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa fil-11 ta’ April se jkunu qed jivvutaw kontra l-kaċċa.
Fil-fatt, 44.7% tal-persuni mistħarrġa qalu li se jkunu qed jivvutaw kontra, filwaqt li 35.7% qalu li se jivvutaw favur. Minkejja dan, 14.3% qalu li kienu għadhom ma iddeċidewx kif jivvutaw, filwaqt li 5.3% qalu li ma’ kienux se jivvutaw.
Minn dan l-istħarriġ ħareġ ukoll kif filwaqt li 55.3% tal-persuni li vvutaw lil-PL fl-aħħar elezzjoni se jivvutaw favur il-kaċċa, huma biss 16.4% tal-persuni li ivvutaw lil PN fl-aħħar elezzjoni li se jagħmlu hekk.
Jidher ukoll li 78% tal-popolazzjoni diġa’ iddeċidiet kif se tivvota, hekk kif huma biss 4.3% li iddeċidew li ma’ jivvutawx. 14.3% għadhom indeċiżi, iżda minn dawn 55.8% ma’ jaqblux mal-kaċċa b’mod ġenerali. Ħareġ ukoll kif filwaqt li l-irġiel huma maqsuma b’mod indaqs fuq kif se jivvutaw, il-maġġoranza tan-nisa se jivvutaw kontra.
Minkejja dan l-istħarriġ, jidher li id-distakk bejn iż-żewġ kampijiet huwa żgħir u li kollox jista’ jiġri.
L-istħarriġ sar fuq bażi ta’ 300 persuna magħżula minn fuq ir-Reġistru Elettorali.
//= $special ?>