Hospice Malta ġiet mogħtija l-Premju taċ-Ċittadini Ewropej għas-sena 2014. Dan sar waqt ċerimonja qasira li saret f’Dar Malta fil-Belt Valletta wara li din l-organizzazzjoni ġiet nominata unanimament mill-Membri tal-Parlament Ewropew Maltin.
Ic-Chairperson tal-Hospice Malta Lora Cascun irringrazzjat lil Membri tal-Parlament Ewropew Malti tan-nominazzjoni taghħom , filwaqt li irringrazzjat lil persuni kollha li jagħtu l-kontribut tagħhom f’din l-orgnanizzazzjoni. Hija ħabbret ukoll li il-Hospice Malta se tkun qed tespandi l-operat tagħha b’tali mod li tkun tista’ toffri akter servizzi lil pazjenti b’kundizzjonijiet differenti.
Cascun tenniet ukoll li kull pazjent għandu jkollu d-dritt għal kura paljattiva.
Minn naħa tagħhom, il-Membri tal-Parlament Ewropew Maltin qalu li innominaw lil Hospice Movement minħabba x-xogħol tagħhom fost il-familji, mingħajr l-ebda distinzjoni ta’ razza, sess jew reliġjon.
Il-Membru Parlamentari Marlene Mizzi u Miriam Dalli faħħru ix-xogħol li twettaq din l-għaqda, filwaqt li qalu li permezz ta’ dan il-premjui jkun jista’ jispikka l-apprezzament lejn din l-għaqda b’mod pubbliku. Minn naħa l-oħra, Therese Commodini Cachia u Roberta Metsola saħqu dwar l-importanza mas-solidarjeta’ u tad-dinjita’ li il-Hospice Malta tagħti lil pazjenti tagħha. Huma faħħru wkoll il-korsijiet li torganizza il-Hospice Malta fil-kura paljattiva. Minn naħa tiegħu, Alfred Sant tkellem dwar it-tradizzjoni tal-volontarjat fl-Ewropa u l-importanza ta’ dan il-qasam.
//= $special ?>