Il-goalkeeper ta’ Swieqi United Matthew Mulholland qed jallega li xi ħadd li ma jafx min kien beda jgħajjatlu “€500 biex titkeċċa” minn barra ‘l grawnd waqt il-partita’ ta’ Swieqi United kontra Żejtun Corinthians.
F’din il-partita, li ntlagħbet fil-grawnd tal-Mosta, Swieqi għelbu lill-isfidanti għall-promozzjoni mit-Tieni Diviżjoni Żejtun Corinthians.
F’kummenti li għadda fuq Facebook, il-goalkeeper Mulholland għamilha ċara li hu jħobb il-futbol u li mhux lest ikun involut f’affarijiet li jħammġu dan l-isport. “Inħobb il-futbol, dejjem kont leali għal kull klabb li lagħabt miegħu, u l-intenzjoni tiegħi hi li nibqa’ hekk,” iddikjara l-goalkeeper ta’ Swieqi.
//= $special ?>

