L-istqarrija tal-Partit Laburista llejla tikkonferma kemm il-Partit Laburista ipoġġi l-voti qabel il-kultura.
Dan tennieh il-Partit Nazzjonalista b’reazzjoni għall-istqarrija li ippublika l-Partit Laburista b’rabta mal-konferenza tal-aħbarijiet li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni iktar kmieni llum.
L-email li ppubblika l-Partit Laburista tikkonferma li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Partit Nazzjonalista għamilha ċara li ma jaċċetta qatt li l-bejjiegħa tal-monti jimxu ħdejn il-bini tal-Parlament il-ġdid.
Iżda, kif għamilha ċara l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, anke li kieku kien, illum, il-Partit Nazzjonalista għandu Kap ġdid li ma jaqbilx li l-monti jarma ħdejn il-proġett ta’ Renzo Piano. Mhux biss, iżda kif spjega fil-konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni llum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, ġaladarba jkun fil-Gvern, mhux se jħalli l-monti jarma fi Triq l-Ordinanza. Dan għaliex, kuntrarjament għall-Prim Ministru, għal Simon Busuttil, il-kultura tirbaħ fuq kull xiri ta’ voti.
Ġaladarba l-Partit Laburista tant kien ħerqan li jippubblika emails ta’ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Partit Nazzjonalista qal li qiegħed jisfida lill-Prim Ministru biex jippubblika minnufih il-ftehim li ffirma l-Partit Laburista mar-rappreżentanti tal-bejjiegħa tal-monti fil-ġimgħa ta’ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.
//= $special ?>