Lokali

Sitt’ijiem bla dawl

Immaġinak tgħix għal sitt’ijiem fid-dlam. Din mhix xi ġrajja minn xi pajjiż barrani, imma hija l-istorja tar-residenti ta’ Triq il-Qasam fis-Swieqi.

Sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit ikkonfermaw li ilhom mingħajr provista tal-elettriku min-nhar it-Tnejn li għadda.

Minkejja l-appelli tagħhom lil awtoritajiet, l-Enemalta għadha ma ndirizzatx il-problema li qed jgħaddu minnha r-residenti ta’ nofs din it-triq. Residenti li huma nkwetati minħabba li din il-problema qed twassal għal nuqqas ta’ sigurta’, speċjalment fis-sigħat mudlama tal-lejl u fid-dawl tal-fatt li t-triq tinsab viċin ħafna ta’ wieħed mill-iktar żoni ta’ divertiment f’Malta.