Lokali

Żidiet fil-kontijiet minħabba taxxi tal-Gvern

Filwaqt li l-Gvern ta żieda ta’ 58 ċenteżmu fil-ġimgħa għall-għoli tal-ħajja, bl-id l-oħra, beda jdaħħal ferm iktar permezz ta’ taxxi moħbija li daħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ din is-sena.

Abbonati tas-servizzi ta’ linji ċellulari irċevew mingħand il-kumpaniji tat-telefonija biex ifakkru lill-abbonati li minn dan il-kont, se tiżdied is-sisa tal-Gvern minn 3% għal 4%. Il-kumpaniji ghamluha cara li ma kienx hemm tibdil fit-tariffi taghhom izda li z-zieda fil-kont hi dovuta ghal din il-mizura imhabbra mill-Gvern fl-ahhar bagit.

Iz-zieda fis-sisa ma kienitx l-uniku zieda fit-taxxi li ddaħħlu baxx baxx mill-bidu ta’ din is-sena.

Iktar kmieni f’Jannar, 45 avukat ippreżentaw protest fil-Prim’Awla Ċivili dwar tariffi ġodda ferm aktar għolja li daħlu fis-seħħ fil-Qorti mingħajr ma għaddiet l-ebda liġi.

Fil-protest l-Avukati qed jitolbu rifużjoni tal-ħlasijiet żejda li saru b’mod abbużiv u qed iżommu lill-awtoritajiet responsabbli għad-danni li qed isofru bla bżonn. Dan, qed isostnu, peress li l-bidla fit-tariffi saret b’mod illegali, fejn sa issa tħallsu ammonti lir-Reġistri tal-Qrati Maltin.

Miżati oħra li l-Gvern daħħal baxx baxx kienu s-servizzi mogħtija mir-Reġistru Pubbliku, mir-Reġistru tal-Artijiet u r-Reġistru tal-Qorti inkluż ir-riċerki.

Dawn iż-żidiet fil-miżati daħlu fis-seħħ mill-ewwel ġurnata ta’ din is-sena u ovjament se jkunu inklużi fil-kont li n-nutara jippreżentaw lil-klijenti tagħhom għaliex ikunu n-nutara li jidrhu f’isem il-klijenti rispettivi tagħhom. Iż-żieda fil-miżata hi ta’ 10%, jiġifieri kull xogħol li jsir minn Nutara u li għandu x’jaqsam mar-Registru Pubbliku, mar-Reġistru tal-Artijiet, mar-Reġistru tal-Qorti inkluż ir-riċerki, se jogħla b’10%.

F’Jannar ukoll il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija espremiet nuqqas ta’ qbil qawwi mat-taxxa l-ġdida fuq il-propjeta li ħabbar il-gvern fl-ahhar baġit.

Fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ kienet qalet li t-taxxa l-ġdida se jkollha effett negattiv fuq is-suq tal-propjeta li fl-aħħar perjodu kien qed juri sinjali li qed jirkupra.