Lokali Qorti

Christopher Schembri mressaq l-qorti b’rabta mal-isparatura fl-Iklin

Christopher Schembri ta’ 33 sena illum tressaq quddiem il-qorti b’rabta mal-isparatura li seħħet nhar il-ġimgħa fl-Iklin. Il-Maġistrat Myriam Hayman caħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest hekk kif numru ta’ xhieda għadhom irridu jixhdu fil-qorti.

Schembri jintab mixli li fis-6 ta’ Frar fl-Iklin hu żamm arma tan-nar mingħajr liċenzja tal-pulizija, li ikkaġuna biża u li hedded lil David Vella kif ukoll li kiser il-buon ordni b’għajat u ġlied. Għal dawn l-akkużi huwa wieġeb li ma’ kienx ħati.

Dwar dan il-każ qiegħed jiġi nvestigat ukoll David Vella bl-ispettur Carlos Cordina jgħid li Schembri flimkien ma’ Vella kienu f’uffiċju ta’ avukat fejn beda argument bejn Vella u Schembri dwar ammont ta’ flus dovuti lill-kumpanija AC fuels b’dan l-argument tant eskala li wassal għal sparatura.

Il-qorti ċaħdet it-talba mill-ħelsien mill-arrest u ordnat lill-prosekuzzjoni biex fl-ewwel seduta tal-kumpilazzjoni ittelgħa jixhdu ix-xhieda. L-Avukat David Gatt deher għall-imputat.