Tifel adolexxenti fl-Istati Uniti qed jgħin l-investigazzjonijiet tal-pulizija b’konnessjoni ma’ sparatura ġo kumpless kummerċjali ta’ Pittsburgh, f’Pennsylvania, fejn sfaw midruba tliet persuni.
L-isparatura seħħet ġo ħanut speċifiku ta’ Monroeville Mall, bix-xerrejja jinqabdu fost ix-xeni tal-kaos. L-aggressur irnexxielu jaħrab iżda aktar tard spiċċa arrestat mill-pulizija li identifikawh wara li qabblu l-filmati mill-videos tas-sigurta ma materjal ippubblikat fuq il-media soċjali.
Il-ġuvni suspettat għad għandu biss 17 il-sena u jaħsbu li hu mar il-kumpless bl-intenzjoni li joqtol raġel, li spiċċa ferut u jinsab f’sitwazzjoni kritika. Fl-attakk spiċċaw feruti anki żewġ persuni — raġel u mara li nżertaw fl-inħawi partikolari — bir-rapporti jgħidu li r-raġel qed jiġġieled għal ħajtu filwaqt li l-mara tinsab stabbli.
//= $special ?>

