Internazzjonali

Għada l-vot ta’ fiduċja f’Tony Abbott

Il-Prim Ministru Awstraljan u Kap tal-Partit Liberali Tony Abbott ressaq għal għada l-vot ta’ fiduċja dwar it-tmexxija tal-partit tiegħu.

Hu qal li għamel hekk għaliex hu importanti l-Awstralja ma tbatix minn inċertezza politika, u meta l-vot issejjaħ minn deputat parlamentari tal-istess Partit Liberali. Il-ħsieb oriġinali kien li l-vot isir nhar it-Tlieta, meta Abbott qed ikun mira għall-kritika talli kkonferma l-Ordni tal-Kavallier tal-Awstralja għall-Prinċep Philip tal-Ingilterra.

Abbott anki sofra disfatta fl-elezzjonijiet riċenti fl-Istat ta’ Queensland u issa jrid jikkonkludi l-vot fi ħdan il-partit biex jevita n-nuqqas tal-istabbilta f’pajjiżu.