Ambjent Lokali

Il-kampanja SHout titkellem dwar il-bżonn li l-kampanja Maltija terġa tingħata lura lill-pubbliku

Il-kampanja kontra l-kaċċa fir-Rebbiegħa issoktat l-attivitajiet tagħha permezz ta’ konferenza għal mezzi tax-xandir fil-masġar tal-Miżieb.

Matul din il-konferenza il-kelliem tal-għaqda SHout Mark Sultana saħaq dwar il-bżonn li l-kampanja Maltija terġa tingħata lura lill-pubbliku. Huwa semma kif żoni bħal Miżieb li huma magħrufa bħala żoni tal-kaċċaturi huma postijiet meħuda mill-familji Maltin biex jinqatlu l-għasafar, tant li l-Miżieb sar sinonimu bħala ċimiterju tal-għasafar.

Dan qed iwassal biex il-familji Maltin qed jiġu mċaħħda milli jqattgħu l-ħin mal-familji tagħhom fil-kampanja.

B’ġest simboliku, huwa waħħal ukoll tabella tal-kampanja Shout fejn it-tabella li tiddefinixxi ż-żona bħala waħda riservata għal kaċċaturi.

Minn naħa l-oħra, l-ambaxxatur tal-kampanja Shout iċ-ċiklista Fabio Spiteri saħaq li kull sportiv għandu jingħaqad fil-kampanja kontra l-kaċċa biex ikunu jistgħu igawdu aktar il-kampanja.