Il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) Alex Saliba, li huwa wkoll avukat bħala professjoni,fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook attakka lil Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil b’rabta mad-deċiżjoni tal-Qorti u l-iżball li soffra l-Partit Nazzjonalista fl-għadd tal-voti tal-Elezzjoni Ġenerali.
Fil-kumment tiegħu Saliba jgħid li Simon Busuttil donnu nesa li din kienet il-Kummissjoni Elettorali li nħatret taħt gvern Nazzjonalista. Dan minkejja li kif wieħed jista’ jara saħansitra mis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali, l-istess Kummissjoni skond il-Kostituzzjoni hija maħtura mill-President.
Aktar min hekk l-istess Kostituzzjoni, kif hemm miktub ukoll fil-fatt fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali, tigarantixxi li l-Kummissjoni Elettorali għandha tkun awtonoma u mhux suġġetta għad-direzzjoni ta’ xi persuna jew awtorita’.
Il-liġi elettorali u l-liġi kostituzzjonali huma fost is-suġġetti mgħallma fil-kors tal-liġi li kull avukat irid ikun segwa.
//= $special ?>