Lokali

‘It-tmexxija ta’ Tripli bla ebda rabta ma’ terroristi’

Hussin S. T. Musrati, ix-Charge d’Affaires tal-Gvern ta’ Tripli għal Malta f’intervista esklussiva ppublikata llum fil-gazzetta Il-Mument “irrid inkun ċar, aħna mhux lesti li nagħtu xi spazju lil xi organizzazzjoni terroristika jew lit-terroristi. Il-Gvern ta’ Tripli m’għandu l-ebda affiljazzjoni ma’ xi organizzazzjoni terroristika jew ma’ xi terroristi.”

Fl-intervista, magħmula mill-ġurnalist Joe Mikallef, Musrati qal ukoll li “jinsabu dispjaċuti ħafna li l-Gvern Malti bħal akkuża lit-tmexxija ta’ Tripli li għandha xi affiljazzjoni ma’ xi organizzazzjoni terroristika jew ma’ xi Stat Iżlamiku.” Hussin S. T. Musrati stqarr li “biex il-Gvern Malti jsir jaf min hu l-Gvern immexxi minn Tripli jrid jiltaqa’ miegħu, f’isem il-ħbiberija bejn iż-żewġ popli.” Hu akkuża lill-Gvern Malti “li qed iwebbes rasu u ma jridx jaħdem mal-Gvern ta’ Tripli.”

Hussein S. T. Musrati rrefera għall-attakk terroristiku fuq il-Lukanda Corinthia u ddikjara li “l-interessi tat-terroristi kienu li jaħtfu lill-Prim Ministru tal-Gvern ta’ Tripli Omar Al Hasi li kien residenti fl-istess lukanda.”

L-intervista sħiħa tinstab ppublikata fil-ħarġa ta’ din il-ġimgħa ta’ Il-Mument.