Internazzjonali

Jemmen f’zona ewro ‘mingħajr il-Greċja’

L-eks-Kap tal-Bank Ċentrali tal-Istati Uniti, Alan Greenspan, qed ibassar li l-Greċja, ‘il quddiem, se tispiċċa tħalli ż-żona ewro u li ‘dan iservi bħala l-aħjar strateġija għal kulħadd’.

Fl-istess ħin, Greenspan ma jistax jara entita jew pajjiż li jkun lest isellef aktar fondi li jsostnu l-ekonomija problematika tal-Greċja.

Il-Gvern ġdid fil-Greċja jrid jerġa’ jinnegozja t-termini tal-bailout għal pajjiżu, bi Greenspan, iċ-Chairman tar-Riserva Federali tal-Istati Uniti mill-1987 sal-2006, ‘ma jaħsibx li l-kwistjoni se ssolvi ruħha mingħajr it-tluq tal-Greċja miz-zona.’