Lokali

L-Air Malta tniedi sale għal min jibbukkja kmieni

L-Air Malta għadha kif nediet kampanja ta’ skont ta’ 25% fuq 20 destinazzjoni. Is-sale huwa disponibbli mill-Ħadd 8 ta’ Frar sa 11:59pm tas-Sibt 14 ta’ Frar 2015.

Din l-offerta hija disponibbli għar-rotot tal-ajru ta’ Milan, Ruma, Katanja, Venezja, Hamburg, Düsseldorf, Frankfurt, Munich, Berlin, Vjenna, Zurich, Ġinevra, Amsterdam, Brussell, Budapest, Praga, Sofia, Ateni, Djerba u Algiers.

Din il-kampanja ssegwi promozzjoni simili li saret il-ġimgħa l-oħra fuq ir-rotot tal-Air Malta lejn ir-Renju Unit u Franza.

Il-biljetti mixtrija permezz ta’ din l-offerta huma disponibbli biss minn www.airmalta.com u validi għal vjaġġi bejn it-12 ta’ April u t-18 ta’ Ottubru 2015.

Il-postijiet huma limitati.