Futbol Sport

Nikola Vasilic lura f’pajjiżu ftit wara lli ffirma ma’ Pembroke

L-attakkant Serb ta’ 26 sena Nikola Vasilic mistenni jħalli pajjiżna biex ikompli l-karriera tiegħu fis-Serbja. Dan biss ftit jiem wara li ffirma kuntratt ma’ Pembroke Athleta.

Dan is-sit hu nfurmat li l-plejer talab li jitlaq minn Malta minħabba problemi personali. Minn naħa tagħhom Pembroke offrew li jtemmulu l-kuntratt biex ma jtellfulux l-opportunita’ li jilgħab f’pajjiżu.

Vasilic, li beda dan l-istaġun ma’ Victoria Hotspurs f’Għawdex, wiegħed lil Pembroke li jekk jirritorna Malta huma jkunu l-ewwel għażla tiegħu.

Iktar mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).